Illum tiġi fi tmiemha l-konferenza ġenerali Annwali tal-Partit Laburista. L-għeluq tal-Konferenza Ġenerali Annwali se jsir illum fid-9.30 fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Il-Konferenza se tkun qed tingħalaq mill-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat.
Matul din il-konferenza, fost oħrajn ġiet approvata emenda li kompliet tikkonferma kemm il-Partit Laburista dejjem irrispetta l-liġi tal-finanzjament tal-partiti. Fil-fatt, fit-tieni sessjoni plenarja tħabbar li l-Partit Laburista huwa uffiċjalment reġistrat mal-Kummissjoni Elettorali.
Il-Konferenza Ġenerali ssir kull sena, konferenza li matula d-delegati tal-Partit Laburista jkollhom ċans jgħamlu d-diskorsi tagħhom. It-tema ewlenija ta’ din il-Konferenza kienet l-isfida tal-kera.