Illum il-Prim Ministru Robert Abela se jieħu sehem fis-sitt laqgħa tal-Komunità Politika Ewropea, li se jsir f’Tirana, l-Albanija.
Għal din il-laqgħa ta’ din il-Komunità, li bdiet tliet snin ilu, jattendu l-mexxejja mis-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea u pajjiżi oħra Ewropej, fosthom ir-Renju Unit, l-Ukrajna u t-Turkija. L-għan ta’ dan is-Summit huwa li jgħaqqad il-pajjiżi kollha tal-kontinent Ewropew.
Fuq l-aġenda tal-mexxejja tal-kontinent Ewropew hemm il-gwerra fl-Ukrajna, il-kompettitività u l-ekonomija, kif ukoll iż-żgħażagħ.