Illum, il-Prim Ministru Robert Abela se jkun fi Brussell għal Summit informali tal-Kunsill Ewropew.
Dan is-summit se jiddiskuti d-difiża fil-kontinent Ewropew, fil-kuntest tal-gwerra fl-Ukrajna.
Din il-laqgħa għolja se ssir hekk kif l-Unjoni Ewropea, permezz tal-Kummissjoni u r-Rappreżentanza Għolja, qed iħejju għall-White Paper li titratta l-ġejjieni tad-difiża Ewropea.
Preżenti għal dan is-summit, apparti l-mexxejja Ewropej, se jkun ukoll is-Segretarju Ġenerali tan-NATO Mark Rutte u l-Prim Ministru Brittaniku Keir Starmer.