Dalgħodu għall-ħabta tal-10:30, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela se jindirizza attività politika tal-Partit Laburista bit-tema ‘Is-Saħħa lill-Maltin’. Din l-attività politika tal-Partit Laburista se ssir fir-Rialto f’Bormla.
Din l-attività se ssir jumejn wara li ngħalaq l-għadd tal-voti tal-elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali, li saru fit-tmienja ta’ Ġunju, fejn hawnhekk il-Partit Laburista rebaħ dawn l-elezzjonijiet b’maġġoranza ta’ aktar minn 20,000 vot fuq il-Partit Nazzjonalista.
Kulħadd huwa mistieden sabiex jattendi.