Illum fl-erbgħa ta’ wara nofsinhar, il-President Ukren Volodymyr Zelensky ser jindirizza b’mod virtwali l-Parlament Malti.
Dan l-indirizz lid-deputati parlamentari Maltin mill-President Zelensky, qed isir fl-eqqel tal-gwerra fl-Ukrajna li bdiet fl-24 ta’ Frar li għadda.
Zelensky se jkun qed jindirizza l-Parlament Malti, wara li x-xahar li għadda, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Malti, Ian Borg tkellem mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ukren, Dymtro Kuleba u talbu sabiex il-President Ukren jikkunsidre li jindirizza lill-Parlament Malti.