Hekk kif din il-ġimgħa, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li ser ikun hu li jmur għand in-nies, u mhux jistenna lin-nies jiġu għandu, illum wara nofshinar mistenni jaqbad il-vapur ta’ Għawdex sabiex jiltaqa’ ma’ diversi Għawdxin fi tliet lokalitajiet differenti.
Fiċ-Ċentru Laburista fil-Lokalità tax-Xewkija Robert Abela mistenni jasal għall-ħabta tal-16:45.
Fil-Ċentru Laburista fil-Lokalità tax-Xagħra mistenni jasal għall-ħabta tal-17:30.
Fiċ-Ċentru Laburista fil-Lokalità tal-Qala mistenni jasal għall-ħabta tas-18:00.
Qabel iż-żjara f’dawn it-tliet lokalitajiet, il-Prim Ministru ser iżur il-Gżira ta’ Kemmuna biex jiltaqa’ mar-residenti li jgħixu fuqha.