Matul il-jum tas-Sibt il-kunsilliera nazzjonalisti se jivvutaw dwar il-futur ta’ Adrian Delia bħal Kap Nazzjonalista.
Dan wara li Adrian Delia wassal lill-Partit Nazzjonalista għall-ikbar telfa elettorali fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-kunsilli lokali.
Il-verdett tal-kunsilliera se jingħata f’mument ta’ ġlied intern u qasma kbira fil-Partit Nazzjonalista bejn il-fazzjoni Delia u l-fazzjoni Busuttil.
Ħbieb ta’ Adrian Delia inqabbdu jagħmlu profili foloz sabiex jattakkaw deputati nazzjonalisti, saħħansittra ħabib ta’ Delia, Julian Micallef, inqabbad li ried isegwi l-passi tad-deputati nazzjonalisti mill-fazzjoni Busuttil bħal Jason Busuttil u Beppe Fenech Adami.
Minn naħa l-oħra, l-fazzjoni Busuttil attakkat lil Adrian Delia, anki permezz tal-blogger Manuel Delia.
Bil-fazzjoni Busuttil qiegħda tistenna l-ġurnata tas-sibt sabiex tipprova teħles minn Adrian Delia bħala Kap