Illum, il-Knisja Kattolika qed tiċċelebra l-Għid il-Kbir, li hija l-akbar festa liturġika tagħha.
Dan hekk kif il-Knisja tiċċelebra l-qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesu’ Kristu wara tlett ijiem.
Din il-festa tiġi ċċelebrata wara l-40 jum ta’ sawm u sagrifiċċju tar-Randan.
F’dan il-jum f’diversi bliet u rħula se joħorġu l-purċissjonijiet bil-vara ta’ Kristu Rxoxt, fejn f’lokalitajiet minnhom anki jagħmlu l-ġirja bil-vara.
Illum ukoll fil-Vatikan, il-Papa Franġisku jagħti l-barka tiegħu, bl-Urbi et Orbi, wara li jqaddes il-quddiem tal-Għid il-Kbir.
Ritratt: colourmytravel.com