Illum huwa l-Jum Dinji tat-Tifkira tal-Olokawst. Fit-tieni gwerra dinija, in-Nazisti u l-kollaboraturi tagħhom wettqu ġenoċidju ta’ sitt miljun Lhudi, jiġifieri terz tal-popolazzjoni Lhudija li kien hemm fl-Ewropa dak iż-żmien.
Minbarra Lhud, ġew esterminati wkoll membri ta’ gruppi minoritarji oħra fosthom persuni bi bżonnijiet speċjali, persuni Roma, persuni omosesswali, u opponenti politiċi tar-reġim.
Matul is-sitt snin tal-gwerra, b’kollox inħolqu 40,000 kamp tal-konċentrament għal dan l-iskop.
Kien fl-2005 li l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti ddikjarat is-27 ta’ Jannar bħala l-Jum Dinji tat-Tifkira tal-Olokawst.
F’messaġġ fuq Twitter, il-Prim Ministru Robert Abela ddeskriva dan il-qtil ta’ miljuni ta’ nies innoċenti bħala paġna sewda fl-istorja tad-dinja. Huwa qal li m’għandna qatt ninsew dak li seħħ u għandna neħduha kontra l-preġudizzju.