“My Mission.” Il-Missjoni Tiegħi. Missio Malta qed tmexxi kampanja b’din it-tema biex tagħti kuraġġ u tħeġġeġ lin-nies jagħrfu u jwettqu l-missjoni tagħhom.
Il-kampanja tistieden lil bosta għaqdiet u gruppi biex jaraw x’jixtiequ jibdlu fid-dinja tal-lum u jibdew il-missjoni tagħhom.
Fil-jum dinji tal-missjoni, ONE News tkellem ma Robert Farrugia, uffiċjal fl-għaqda Missio Malta li taħdem bla heda favur il-missjoni.
Robert Farrugia min Missio Malta qal: “Kulħadd għandu missjoni. Il-Papa Franġisku kien qal li kulħadd għandu missjoni x’jaqdi u x’jagħmel. Hemm min jieħu ħsieb hemm min jieħu ħsieb it-tfal, hemm min jieħu ħsieb l-ambjent, hemm min jmur il-missjoni, min jitlob, min jiġbor, kulħadd għandu missjoni partikolari. U aħna nxandruha din u nipromovu l-missjoni tagħna x’inhi.”
Missio Malta qed tiġbor fondi biex tmantni l-proġetti tagħha. Madanakollu, l-għajnuna għall-Missio tmur lil’hinn mill-parteċipazzjoni finanzjarja.
Is-Sur Farrugia qal: “il-parteċipazzjoni tal-pubbliku mhux bilfors tkun ta’ flus, tista tkun bit-talb, jista jkun billi tissaportja lilna stess tax-xogħol kollu li nagħmlu. Ħafna nies ġew il-Belt qagħdu jitkellmu magħna u kienu ta’ sapport għal kampanja tagħna”
Il-Papa Franġisku wassal il-messaġġ li l-missjoni tibda mid-dar, u kulħadd kapaċi jagħmel il-missjoni individwali tiegħu.