Wara każ li l-Kummissjoni Ewropea fetħet kontra Malta rigward l-applikazzjoni tad-deroga ta’ riċerka għas-seba’ speċi tal-għasafar tal-għana, il-Gvern Malti, permezz tal-Ministru Clint Camilleri, qal li se jippreżenta l-aqwa difiża sabiex jipproteġi dan id-delizzju li huwa pprattikat minn mijiet ta’ nassaba Maltin u Għawdxin.
F’kitba fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, il-Ministru Clint Camilleri qal li “wegħedna li ħa nipproteġu d-drittijiet taċ-ċittadini tagħna, u hekk ser inkomplu nagħmlu.”
Flimkien mad-difiża tal-Gvern hemm Anke l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti, l-FKNK, li qed tiġġieled biex in-nassaba Maltin u Għawdxin jkunu jistgħu jibqgħu jipprattikaw id-delizzju tagħhom bil-mod tradizzjonali kif jafuh.