Illum isir il-funeral tar-Reġina Eliżabetta II ġewwa Westminster Abbey, f’Londra.
Il-funeral se jsir wara li l-mewt tar-Reġina Eliżabetta, li kienet il-Kap tal-Monarkija tar-Renju Unit għal 70 sena.
Dan wara li r-Reġina Eliżabetta II mietet fit-8 ta’ Settembru li għadda, fl-età ta’ 96 sena, fil-Kastell ta’ Balmoral fl-Iskożja.
Il-funeral se jsir f’Westminister Abbey f’Londra f’nofsinhar, ħin ta’ Malta.
Preżenti f’isem pajjiżna se jkun hemm il-President ta’ Malta, George Vella.
ONE qed ixandar programm speċjali dwar il-funeral tar-Reġina u t-tmexxija tar-Re Karlu III. Segwi hawn il-programm ippreżentat minn Antoinette Falzon u Anton Falzon.
Illum, pajjiżna se jsellem il-memorja tal-eks Kap tal-Commonwealth, hekk kif pajjiżna se josservi jum ta’ luttu.
Dan hekk kif l-entitajiet tal-Gvern intalbu sabiex matul il-jum tat-Tnejn, il-bnadar jittelgħu mezz’asta fuq il-bini pubbliku kollu.
Matul ħajjitha r-Reġina Eliżabetta II kellha rabta speċjali ma’ pajjiżna, hekk kif fl-aħħar tas-snin erbgħin u fil-bidu tas-snin ħamsin, ir-Reġina kienet tgħix hawn Malta flimkien ma’ żewġha, il-Prinċep Filippu, ġewwa Villa Gwardamangia.
Hija żaret lil Malta diversi drabi, bl-aħħar żjara tkun fl-aħħar ta’ Novembru waqt il-laqgħat tal-mexxejja tal-Commonwealth, dak magħrufa bħala CHOGM. B’din kien l-aħħar żjara tar-Reġina ‘l barra mir-Renju Unit.
Ir-Reġina Eliżabetta II kienet ir-Reġina ta’ Malta għal għaxar snin, bejn l-1964 u l-1974, sakemm Malta saret Repubblika.