Bejn il-gżejjer illum se jibda s-servizz tant mistenni tal-fast ferries, li se jtaffi mill-piż ta’ mijiet ta’ studenti u ħaddiema Għawdxin li ta’ kuljum jaqsmu l-fliegu.
Il-katamarani mistennija jdumu madwar tliet kwarti biex minn Għawdex jaqsmu lejn il-Port il-Kbir fil-Belt Valletta u viċi versa.
Iż-żewġ kumpaniji li se jkunu qed joffru dan is-servizz huma: il-Gozo Fast Ferry u l-Virtu Ferries.
Is-servizz tal-fast ferry intlaqa’ b’mod pożittiv minn bosta msieħba, fosthom: l-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu, il-GTA, il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija u l-Għaqda Studenteska Għawdxija, il-GUG.
B’hekk se tkun twettqet wegħda elettorali oħra ta’ Gvern Laburista mal-Għawdxin.