Illum qed tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Girgor, li tkun iċċelebrata l-Erbgħa ta’ wara Ħadd il-Għid.
Din il-festa tmur lura għas-seklu sittax, meta pajjiżna ħeles mill-marda tal-pesta.
Wara sentejn ta’ pandemija, din il-festa tradizzjonali hija waħda mistennija u l-qofol ta’ din il-festa jkun ġewwa r-raħal tas-sajjieda, Marsaxlokk u anki ż-Żejtun fil-knisja ddedikata lil dan il-qaddis.
Bit-temp mistenni jkun xemxi, bħal-lum hemm min jaqbeż qabża fil-baħar u jieħu l-ewwel għawma, waqt li oħrajn joħorġu jduru biex igawdu x-xemx.