Il-21 ta’ Marzu huwa l-jum iddedikat għall-persuni kollha bid-Down Syndrome.
Iżda sfortunatament il-maġġoranza tal-attivitajiet li normalment kienu jsiru apposta f’din il-ġurnata madwar id-dinja kollha, kellhom jitħassru minħabba l-imxija tal-Coronavirus.
Kienu diversi persuni li fuq il-midja soċjali xetħu diversi ritratti bil-kalzetti differenti, simbolu li huwa assoċjat ma’ din il-ġurnata.