Aktar tard illum, fl-Istati Uniti se jsir l-ewwel dibattitu bejn Kamala Harris u Donald Trump, iż-żewġ kontestanti għal White House fl-elezzjoni Presidenzjali tal-5 ta’ Novembru li ġej.
Dan huwa dibattitu mistenni ferm hekk kif l-elezzjoni tinsab inqas minn xahrejn ’il bogħod u skont l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika huma jinsabu ras imb’ras.
F’Ġunju li għadda, fl-aħħar dibattitu f’din it-tellieqa għal White House wassal biex ftit wara l-President attwali Joe Biden kellu jirtira l-kandidatura tiegħu. Dan wara dibattitu fjakk li kellu kontra l-eks President Donald Trump.
Minfloku, id-Demokratiċi għażlu lill-Viċi President attwali Kamala Harris.