Illum qed jiġi ċċelebrat il-jum internazzjonali tal-ktieb.
Hekk kif bħalissa ħafna nies qegħdin fi djarhom bħala prekawzjoni kontra t-tixrid kontra l-Coronavirus, wieħed għandu aktar ċans biex jaqra kemm biex inżomm ruħhom infurmati fuq diversi suġġetti u anke bħala passatemp.
Hemm min jagħżel li jaqra ktieb b’mod elettroniku li kulma jmur l-użu tagħhom qiegħed jiżdied.
Fil-fatt f’Marzu li għadda 759 persuna għamlu użu minn 2,807 ktieb elettroniku differenti.
Normalment dan il-jum kien jiġi ċċelebrat f’bosta skejjel madwar il-gżejjer Maltin fejn jiġu organizzati diversi attivitajiet fosthom li laqgħat bejn l-istudenti u awturi tal-kotba.
L-għalliema tal-iskola primarja tal-Qrendi li tagħmel parti mill-Kulleġġ San Benedittu ħasbu li jorganizzaw din l-attività b’mod virtwali fejn ħadu sehem diversi kittieba magħrufa fosthom: Trevor Zahra, Charles Casha, Rita Saliba, u Ġorġ Mallia. Huma saħqu fuq l-importanza tal-qari.
Barra minn hekk saru tliet sezzjonijiet ta’ qari mill-għalliema stess.