L-eks Prim Ministru Joseph Muscat illum jagħlaq 48 sena.
Dr Joseph Muscat kien elett Mexxej tal-Partit Laburista fl-2008 u fl-2013 kien elett Prim Ministru ta’ Malta wara li l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni ġenerali.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Eventwalment kien ikkonfermat bħala Prim Ministru fl-2017 wara li mexxa l-Partit Laburista għal rebħa oħra f’elezzjoni ġenerali.
Joseph Muscat rriżenja mill-kariga f’Diċembru tal-2019 biex kien inbeda l-proċess biex il-Partit Laburista jaħtar mexxej ġdid.
Tul is-seba’ snin li serva bħala Prim Ministru, Joseph Muscat mexxa Gvern li wettaq diversi bidliet importanti f’oqsma diversi, li ħallew effett pożittiv fil-ħajja ta’ bosta persuni.