Kważi erba’ xhur wara li ħa l-kariga, il-gvern Laburista tar-Renju Unit jinsab lest biex minn hawn u ftit siegħat oħra jiżvela l-baġit tad-debutt tiegħu, b’esponanti prinċipali ippreparati għal taqlib fiskali kbir.
L-ekonomisti qed jistennew biljuni f’żidiet fit-taxxi u nfiq addizzjonali, kif ukoll tnaqqis f’xi oqsma, wara li t-tmexxija tal-partit wissiet li se jkollhom jittieħdu deċiżjonijiet iebsa, iżda saħqu li se jagħtu prijorità lill-investiment orjentati lejn it-tkabbir ekonomiku.
Qed jiġi mbassar £ 35 biljun ta’ żidiet fit-taxxa u £ 5 biljun fi tnaqqis fl-infiq biex jintela’ dak li l-Ministru tal-Finanzi Rachel Reeves qed tgħid li huwa “vojt kbir” fil-baġit. Dan hekk kif ilu 14-il sena ma jkun hemm gvern Laburista, u se jkunu jridu jagħmlu l-marka tagħhom fuq is-sistema tat-taxxa.
Reeves se tibda t-tħabbira tal-baġit tagħha fis-1:30 p.m ħin ta’ Malta.