Illum il-Parlament se jivvota dwar in-nomina tan-Nutar Myriam Spiteri Debono biex tkun il-ħdax-il President tar-Repubblika.
Dan se jsir għall-ewwel darba fl-istorja ta’ pajjiżna, wara riforma li ddaħħlet minn Gvern Laburista mmexxi mill-Prim Ministru Robert Abela f’Lulju tal-2020. Dan bħala parti minn kullana ta’ riformi li ddaħħlu minn din l-amministrazzjoni.
Din ir-riforma wasslet li għal ħatra ta’ President għandu jkun hemm qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra tar-Rappreżentanti.
Fi stqarrija ntqal li ntlaħaq qbil bejn l-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni u kien issiġillat f’laqgħat separati tal-Gruppi Parlamentari rispettivi.
Il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni qablu wkoll li meta jkun meħtieġ li jinħatar Aġent President skont il-Kostituzzjoni ta’ Malta, il-Prim Ministru se jkun qed jaħtar lil Dr Francis Zammit Dimech.