Illum iċ-ċkejken Juan se jkun qed jiġi kkremat fi Sqallija dan wara li nġabru madwar €14,000 għall-kremazzjoni tiegħu.
Juan huwa tarbija ta’ ftit aktar minn xahrejn li ħalla din id-dinja fil-lejla tal-Erbgħa 6 t’Ottubru fis-7:10pm.
Il-familja ta’ Juan xtaqu li jżommu l-memorja ta’ binhom aktar qrib qalbhom u kien għalekk li xtaqtu jikkremawh iżda dan ma kienx possibbli Malta u b’hekk fittxew post alternattiv fejn dan seta’ jsir.
Kien għalekk li sabu li fi Sqallija setgħu jagħmlu proprju dan u bl-għajnuna tal-pubblika din se tkun possibbli wara l-ġabra sabiħa ta’ fondi.
