Mil-lum fetaħ l-istaġun għall-insib tal-għasafar tal-għana bi skop ta’ riċerka.
Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti ħabbret li r-riċerka dwar l-għasafar tal-għana se tkompli.
Fi stqarrija l-FKNK nnutat li l-argumenti li ressqet fil-Kumitat Ornis rigward ir-riċerka dwar l-għasafar tal-għana ġew ikkunsidrati favorevolment mill-Ministru Clint Camilleri.
L-FKNK spjegat li kienet konxja mill-pressjoni negattiva li saret mill-Kummissjoni Ewropea biex ir-riċerka ma ssirx u f’isem l-eluf tan-nassaba membri tagħha, l-FKNK irringrazzjat lill-Gvern, b’mod partikolari lill-Ministru Camilleri, li kkonferma l-kontinwazzjoni ta’ din ir-riċerka hekk importanti mil-lum.