Illum, fl-ewwel jum tas-sena l-ġdida se ssir il-Festa ta’ Ġenerożità – maratona ġbir ta’ fondi b’risq id-Dar tal-Providenza.
Din il-maratona bdiet għall-ħabta tal-10am u tibqa’ għaddejja sa nofsillejl. Dawn il-fondi huma importanti biex toffri għajxien mill-aqwa lir-residenti ta’ din id-dar u jkollha bżonn madwar €7 miljun kull sena biex topera.
Din is-sena l-ġdida, l-2025, hi waħda speċjali għad-Dar tal-Providenza għaliex se tfakkar is-60 sena mit-twaqqif tagħha.
Din il-maratona se tixxandar fuq l-istazzjonijiet lokali, fosthom fuq l-istazzjon ONE.