Illejla fil-5:30 ta’ filgħaxija se ssir il-Konsagrazzjoni Episkopali ta’ Dun Anton Teuma, l-Isqof elett tad-Djoċesi Għawdxija. Il-Konsagrazzjoni Episkopali se ssir fil-Bażilika ta’ San Ġwann fix-Xewkija.
Oriġinarjament din l-ordinazzjoni kellha ssir fit-13 ta’ Settembru fis-Santwarju Ta’ Pinu, iżda minħabba l-iżviluppi rigward l-imxija l-imxija f’pajjiżna din kellha titmexxa ‘l quddiem.
Imbagħad l-Ingress Solenni se jsir l-Erbgħa 16 ta’ Settembru fis-6:30 ta’ filgħaxija fil-Katidral t’Għawdex fiċ-Ċittadella.
Dun Anton Teuma, li huwa mix-Xagħra, se jkun id-disa’ Isqof tad-Djoċesi Għawdxija u se jieħu post Monsinjur Mario Grech, li s’issa għadu jokkupa l-irwol ta’ Amministratur Appostoli t’Għawdex.
It-tħabbira tal-Isqof elett saret fis-17 ta’ Ġunju li għadda min-Nunzju Appostoliku għal Malta.