Illum, Donald Trump se jinħatar uffiċjalment bħala s-47 President tal-Istati Uniti. Din l-inawgurazzjoni se ssir fil-Capitol Rotunda, f’Washington DC u dan wara li Trump rebaħ l-elezzjoni Presidenzjali tal-5 ta’ Novembru li għadda.
Dan se jfisser li l-President-elett tal-Istati Uniti se jerġa’ jidħol fil-White House, wara li kien President Amerikan bejn l-2017 u 2021.
Illum ukoll JD Vance se jinħatar uffiċjalment bħala Viċi President ta’ Trump.
Iċ-ċerimonja se ssir fuq ġewwa fuq ta’ Capitol Hill minħabba l-kesħa u r-riħ qawwi previst. L-aħħar darba li inawgurazzjoni ta’ Presidebt Amerikan saret fuq ġewwa kienet dik ta’ Ronald Reagan, fl-1985.
Donald Trump se jieħu l-ġurament fuq żewġ bibbji, wieħed tal-1955, li ommu tatu bħala rigal u ieħor tas-seklu 19, li ntuża fl-inawgurazzjoni ta’ Abraham Lincoln.
Aktar tard illum, mill-5pm ‘il quddiem, l-istazzjon ONE se jxandar edizzjoni speċjali tal-programm ‘Bil-Fatti’ – xandira b’filmati u diskussjoni waqt dan l-avveniment.