It-tliet kandidati għal Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament tal-Partit Laburista se jkunu qed jiddiskutu l-ħsibijiet tagħhom f’diskussjoni fuq ONE illum fl-għaxra ta’ filgħodu.
Il-Ministri Helena Dalli, Chris Fearne u Edward Scicluna se jkunu qed iwieġbu għad-domandi tal-ġurnalisti minn oqsma differenti tal-ħajja dwar għadd ta’ temi kurrenti u oħrajn marbuta mal-kariga li se jkunu qed jikkontestaw għaliha.