Illum, f’pajjiżna se titlaqqa’ il-laqgħa tal-MED9 fi żmien sfond tal-kriżi tal-enerġija.
Preżenti f’Malta se jkun hawn disa’ Ministri Ewropej tal-Enerġija min-Nofsinhar tal-Ewropa.
F’din il-laqgħa d-disa’ Ministri tal-Enerġija Ewropej se jiddiskutu l-ambizzjonijiet tal-Unjoni Ewropea dwar l-enerġija rinovabbli u l-irwol tal-Mediterran bħala ċentru tal-enerġija l-ħadra.
Din hija l-ewwel darba li Ministri tal-Enerġija tal-Mediterran qed jiltaqgħu f’dan il-format, hekk kif issoltu fil-laqgħat tal-MED9 jiltaqgħu l-Prim Ministri tal-pajjiżi tal-Mediterran.
Din il-laqgħa se titmexxa mill-Ministru għall-Enerġija ta’ Malta, Miriam Dalli u preżenti wkoll hawn il-Kummissarju Ewropew għall-Enerġija, Kadri Simson.