Il-ġurnalist sportiv ta’ ONE, Clinton Buhagiar, illum il-Ħamis fl-aħħar jum ta’ Settembru qiegħed jiċċellebra għeluq sninu. Lil Clinton ħafna jafuh immexxi l-programm sportiv L-ARGUMENT.
L-Argument ilu jixxandar mill-1999 u huwa l-aktar programm sportiv li ilu jixxandar u l-iżjed programm segwit fost il-programmi sportivi kollha lokali. Analiżi, diskussjoni, servizzi, intervisti u dak kollu li għandu x’jaqsam mal-attwalita’ tal-futbol lokali.
Filwaqt li llum nawguraw lil Clinton f’jum għeluq sninu, L-ARGUMENT jirritorna bl-ewwel programm f’din l-iskeda l-ġdida min-nhar il-Ħadd li ġej, 3 t’Ottubru fis-6pm fuq ONE.