Tliet eks kandidati presidenzjali Demokratiċi li rriżenjaw mit-tellieqa għal elezzjoni taw is-sapport tagħhom lill-kandidat u eks Viċi President Amerikan, Joe Biden. Dan sar lejliet l-aktar jum importanti fit-tellieqa għall-elezzjoni li ssir f’Novembru li ġej.
Illum 14-il stat Amerikan se jkunu qed jivvotaw għal kandidat Demokratiku preferut tagħhom. Minkejja s-sapport ta’ Amy Klobuchar, Pete Buttigieg u Beto O’Rourke lejn Biden, is-Senatur xellugi, Bernie Sanders, huwa l-favurit li jkun il-kandidat Demokratiku.