Jason Mifsud ta’ ħamsa u erbgħin sena u Joseph Aquilina ta’ ħamsin sena mill-Qrendi ma nstabux ħatja li bi traskuraġni kkaġunaw ġrieħi gravi lil żewġ żgħażagħ.
Huma kienu mixlija li fl-elfejn u ħmistax ħallew logħob tan-nar f’għalqa, li kawża tiegħu seħħ inċident.
Fil-Qorti l-Maġistrat Joseph Mifsud għamel appell lill-organizzaturi tal-festi biex jaraw li jkunu organizzati sabiex dawn il-festi jsiru b’mod sigur, u każijiet bħal dawn ma jirrepetux ruħhom.
Qal ukoll kif hemm bżonn ta’ kampanji edukattivi biex dawn l-inċidenti ma jerġgħux isiru.
Il-Qorti nnutat li l-Prosekuzzjoni ma resqitx biżżejjed evidenza biex tipprova li n-nar kien għall-festa tal-Munxar u mhux ta’ Sannat, u għalhekk ma kienx hemm biżżejjed provi biex iżżomm lill-imputati responsabbli għall-ġrieħi taż-żewġ żgħażagħ.