Mara ta’ 29 sena wieġbet ħatja wara li ttellgħet il-Qorti mixlija li kellha fil-pussess tagħha pjanta tal-kannabis u ponn tal-ħadid.
Il-Qorti ppresedutha mill-Maġistrat Joe Mifsud illeberata fuq il-kundizzjoni li ma tagħmilx reat ieħor fi żmien tliet snin.
Il-Qorti ordnat lill-mara tħallas multa ta’ mija u għoxrin ewro filwaqt li ordnat ukoll id-distruzzjoni tal-ħaxixa u l-konfiska tal-arma.