Francine Cini ġiet illiberata mill-Qorti tal-Appell wara li sentejn ilu weħlet 8 xhur ħabs wara li nstabet ħatja li għamlet rapport falz dwar abbuż.
Hija kienet ġiet akkużata mill-Qorti tal-Maġistrati li f’Mejju tal-2017 marret l-għassa tar-Rabat Għawdex u għamlet rapport falz fuq is-sieħba tal-eks raġel tagħha, li jiġi wkoll missier uliedha.
Cini kienet irrapurtat li bintha kienet qaltilha li s-sieħba ta’ missierha tatha xeba, iżda wara li l-missier issejjaħ l-għassa dan ċaħad filwaqt li t-tifla qalet li ġiet imġiegħla tgħid hekk minn ommha.
Dakinhar il-Qorti kienet sabitha ħatja li għamlet rapport lill-pulizija ta’ reat li ma kienx twettaq.
Intant, il-Qorti tal-Appell qalet kif Cini ma kelliex tinstab ħatja u għal dan illiberata.
Hija ġiet irrapreżentata mill-Avukat Joseph Giglio.