Mara ta’ disgħa u erbgħin sena ġiet illiberata wara li l-Qorti kienet ikkundannata erbgħin jum ħabs fuq tlajjar għall-prostituzzjoni hekk kif irriżulta li l-pulizija ma rnexxielhomx jippruvaw li l-intenzjoni tagħha kien għall-iskop ta’ prostituzzjoni
Il-mara ngħatat is-sentenza ta’ ħtija lura fl-2019 u kienet ittellgħet il-Qorti wara li numru ta’ pulizija nnutaw lill-mara waqt li kienu għaddejjin fuq rondi.
Il-pulizija wissewha biex tmur id-dar u qalu lilha flimkien ma’ żewġ nisa oħra li se jittieħdu passi kontrihom.
L-imħallef Consuelo Scerri Herrera rrimarkat li l-pulizija nnutawha f’okkażjoni waħda u osservat li l-pulizija kienu tal-fehma li kienet qed titlajja iżda ma spjegawx kif waslu għal dan ir-raġunament.