Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras illiberat lil Natal Bonello, illum Nathalia Bonello, min kull akkuża fil-konfront tagħha b’rabta ma’ sejba relatata mad-droga eroina fiċ-ċella tagħha, meta kienet qed tinżamm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Il-każ imur lura għat-2 ta’ Mejju 2006 u fil-jiem ta’ qabel. Fiċ-ċella tal-imputat kienet instabet foil maħruqa li dwarha kien hemm suspett illi kienet qed tintuża għall-abbuż tal-eroina.
Il-Qorti lliberat lill-akkużata minn kull akkuża fuq il-premessa li l-istqarrija tagħha kienet ghamlitha mingħajr ma ngħatat id-dritt li tikkonsulta l-avukat.
Minkejja li l-Qorti qieset dak li kellu xi jgħid is-supretendent, ma rriżultawx provi oħra tad-droga li nstabet fiċ-ċella tal-imputata, jew li l-oġġetti li nstabu kienu relatati mad-droga.
Għalhekk ġiet lliberata. Għall-akkużata deher l-avukat Charlon Gouder.