Il-Qorti ta’ Għawdex illiberat raġel mil-akkużi kollha miġjuba kontrih. Il-każ imur lura għas-sena 2005 meta Frankie Cini ta’ 24 sena laqat il-karozza tat-tifla ta’ Joseph Portelli waqt li Cini kien qed ibiegħ il-ħaxix fiż-Żebbug Għawdex.
Allegatament wara l-inċident bint Portelli ċemplet lil missiera fejn dan mar fuq il-post u kellu argument jaħraq ma Cini. Allegatament bejn iż-żewġ irġiel kien hemm kwistjonijiet li kienu ilhom għadejjin is-snin. Kważa ta’ dan l-argument Cini kien intlaqat b’tiri ta’ pistola f’żaqqu u spiċċa fil-periklu tal-mewt. Madankollu Portelli ġarrab xi ġrieħi kawża ta’ daqqiet ta’ turnavit.
Il-pulizija kienet fetħet proċeduri separati fil-konfront taż-żewġ irġiel. Inizjallment Cini kien akkużat b’attentat ta’ qtil u pussess irregolari ta’ arma tan-nar iżda aktar tard dawn l-akkużi nbidlu u ġie akkużat li prova jweġġa’ b’mod gravi lil Portelli u li għamel ħsara fil-karozza ta’ bint Cini.
Minkejja li l-esperti appuntati mil-Qorti fix-xhieda tagħhom qalu li d-daqqiet fuq Portelli kienu kkaġunati b’turnavit il-Qorti sabitha diffiċli biex temmen li Cini rnexxielu jdur minn wara Portelli u jagħtih daqqiet bih. Il-qorti aktar emmnet il-verżjoni li ż-żewġ irġiel kellhom taqtiegħa mal-art. Il-Qorti rat ukoll kif il-holster tal-pistola nstabet fil-karozza ta’ Portelli u mhux fil-vann ta’ Cini.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud ikkonkludiet li Cini kien qiegħed jiddefendi ruħu minn Portelli madankollu sabitu ħati li kkawża €500 f’danni fil-karozza ta’ bint Portelli.