Samuel Marfu ta’ 39 sena mill-Ghana, ingħata l-liberta kundizjonata wara li ammetta li s-Sibt li għadda poġġa jdejh fuq saqajn tfajla waqt li kien fuq tal-linja.
Ir-reat seħħ waqt li l-akkużat u t-tfajla kienu passiġiera fuq tal-linja direzzjoni minn Marsa għal Raħal Ġdid.
Il-qorti ppreseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli rat kif il-kondotta tal-akkużat hi waħda nadifa u wissietu li jekk jagħmel reat ieħor ta’ dan it-tip jista jeħel sentenza ħabs effettiva. Hija lliberatu bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor għal 3 snin.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Wayne Camilleri u Hubert Cini