Joseph Bajada mix-Xewkija kien illiberat mill-Qorti t’Għawdex wara li aktar kmieni din il-ġimgħa nqabad f’Għajn Lukin fix-Xagħra minn kamera tas-sigurtà, anki jekk hu suppost kellu ordni mill-Qorti biex ma jersaqx ‘l hemm.
Huwa kien ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija ta’ €10,000, wara li allegatament saq bil-gaffa tiegħu, f’Lulju tas-sena l-oħra.