Salvinu Vella ta’ 60 sena ngħata l-liberta kundizjonata mill-Qorti tal-Appell wara li fl-2012 kien instab ħati li ħebb u weġġgħa gravi lill-ġar tiegħu.
L-argument li seħħ sebgħa snin ilu kien inqala’ wara nuqqas ta’ qbil fuq pajp tal-ilma, xħin vella ta daqqiet ta’ zappun lill-ġar tiegħu.
Il-Qorti tal-appell rat kif il-ġrieħi li għamel Vella lill-ġar ma kinux gravi u b’hekk ikkunsidrat dawn il-ġrieħi ħfief.
Il-Qorti sabitu wkoll ħati li hedded lill-ġar li ser joqtlu.
Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti ħassret il-multa ta’ 500 ewro u tagħtu l-libertà kkundizjonata għal sena.