Shaun Demicoli kien mixli li darab b’mod gravi lil Riadh Mrad mit-Tuneżija, u li poġġielu ħajtu f’periklu waqt festin tal-Karinival privat f’Birżebbuġa lura fl-2014.
Mrad stqarr li hu qala’ daqqiet f’sidru u f’wiċċu meta kien mal-art.
Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit qalet li l-filmati miġbuda minn kameras tas-sigurtà mhumiex ċari u għalhekk kellha toqgħod fuq il-kumplament tal-evidenza.
Fil-Qorti ntqal li l-allegat vittma kien xurban u stenna lill-akkużat barra wara li tkeċċa mill-festin. Aċċennat ukoll li minkejja li Mrad qal li ma jiftakrax dak li ġara, ma ċaħadx dak li ntqal fuqu.