Nimrod Mifsud attivist tal-birdlife ma nstabx ħati li daħal f’għalqa u fixkel is-sidien waqt l-istaġun tal-kaċċa. Dan ġara wara li ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li f’ April ta’ tliet snin ilu, Mifsud daħal fl-għalqa.
Huwa tressaq il-qorti wara rapport li sar mill-FKNK. Allegatament dan kien qed jakkumpanja numru ta’ barranin li kienu qed jiġbdu filmat dwar il-kaċċa f’Malta.
Il-Qorti qalet li minkejja l-ftehim tal-1986 il-kaċċaturi ma kellhom l-ebda pussess fuq it-triq li twassal għal- għalqa. Kien għalhekk li l-qorti lliberat lil Mifsud minn kull akkuża miġjuba kontrih.