Ġuvni ta’ 28 sena ġie lliberat mill-akkużi kollha miġjuba kontrih wara li l-Qorti ddikjarat li ma kien hemm ebda prova suffiċjenti li twassal sabiex huwa jinstab ħati.
Carlos Ciantar kien akkużat fl-2009 b’reat ta’ serq minn ħanut tal-affarijiet sportivi f’Raħal Ġdid, li kkawza ħsara fuq il-propjeta’ tal-ħanut kif ukoll li kien riċediv.
Il-Qorti ppreseduti mill-Magistrat Neville Camilleri qalet li peress li ebda waħda mill-akkuża ma ġiet sodisfaċentement provata, l-imputat ġie lliberat mill-imputazzjonijiet kollha miġjuba fil-konfront tiegħu.