Il-Qorti tal-Appell illiberat tliet persuni li kienu nstabu ħatja b’pussess aggravat tad-droga.
Edward Grech u Anne Axiak li kienu weħlu 16-il xahar u 14-il xahar ħabs rispettivament inħelsu minn kull akkuża.
Magħhom kien hemm akkużat Abdullahi Jamale Hassan li quddiem l-ewwel Qorti weħel 22 xahar ta’ priġunerija effettiva.
Dan wara li wkoll ma nstabx ħati ta’ pussess tad-droga kannabis li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu.
Minkejja dan, Hassan weħel 6 xhur ħabs wara li nstab ħati li kien fil-pussess ta’ ponn tal-ħadid u li huwa riċediv.
Il-Qorti preseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera rrevokat ukoll il-multi li kienu ġew imposta fuq it-tliet persuni.
Għal Edward Grech deher l-avukat Ishmael Psaila filwaqt li għal Anne Axiak deher l-avukat Dustin Camilleri.