Tmien żgħażagħ illejla se jkunu qed isaqsu l-mistoqsijiet lil Prim Ministru Robert Abela li għalaq l-ewwel mitt jum fit-tmun tal-pajjiż.
Din it-taħdita organizzata mill-Forum Żgħażagħ Laburista se tkun imxandra fuq ONE fit-20:30.
Il-Prim Ministru Robert Abela ta’ spiss narawh jitkellem maż-żgħażagħ u jisma’ l-ideat tagħhom.
Fost l-oħrajn ilbieraħ kien il-Junior College fejn segwa lezzjoni online u sema’ l-ideat taż-żgħażagħ anki f’dan iż-żmien tal-imxija tal-Coronavirus.