Illejla se jiftaħ il-PLANETARIUM fiċ-ċentru interattiv tal-Esplora. Dan il-ftuħ huwa mistenni mill-bosta hekk kif f’pajjiżna se jkollna teatru 4K li se jkun qed juri filmati edukattivi relatati mal-pjaneta tagħna, jiġifieri li jispjegaw is-sistema solari u l-univers kollu. Dan il-planetarium iħares fuq il-Port il-Kbir u qed jieħu post dak li kien sptar tar-Royal Navy.
Dan il-PLANETARIUM qed jiġi deskritt bħala state-of-the art. Il-filmati li se jkunu qed jidhru f’dan il-kumpless huma addattati għal udjenza li għandha ‘l fuq minn erba’ snin. Li huwa mhux tas-soltu f’dan il-kumpless huwa l-fatt li l-filmati se jidhru fuq saqaf tond, li hija innovazzjoni ġdida f’pajjiżna.
Il-President Marie-Louise Coleiro Preca se tkun qed tiftaħ il-bibien tal-Planetarium illejla, liema avveniment se jkun qed jiġbor il-flus għall-Malta Community Chest Fund hekk kif il-biljetti jistgħu jinxtraw għall-prezz ta’ €75.