Mid-disgħa tal-lejla, se tkun qed tinfetaħ b’mod temporanju parti mill-pont tal-Kappara għal dawk is-sewwieqa li jkunu qed isuqu min-Nofsinhar ta’ Malta lejn il-Kappara.
Dan se jkun qed isir ħafna qabel iż-żmien li kien pjanat.
Dan tħabbar mill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, Ian Borg, li ndirizza konferenza tal-aħbarijiet propju fit-triq li se tkun qed tinfetaħ b’mod temporanju.
It-triq temporanja jigifieri dik li mit-triq regjonali tagħti għal San Ġiljan mistennija twassal għal tnaqqis fit-traffiku hekk kif permezz tagħha, l-vetturi se jkunu qed jgħaddu minn fuq żewġ kareġġjati minflok minn kareġġjata waħda.
Permezz ta’ din il-grafika, wieħed jista’ jifhem aħjar dwar kif se jgħaddi t-traffiku: