Wasal il-jum tant mistenni, li fih se tkun qed tinfetaħ Dar Bjorn. Dar li se tinfetaħ bil-għan li tgħin pazjenti li għandhom kundizzjoni bħall-ALS u l-MS.
Il-ftuħ se jkun qed isir għall-ħabta tal-19:00 fi Triq il-Kbir f’Ħal Qormi fejn id-dar se tkun inawgurata mill-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat biċ-ċelebrazzjoni ta’ din il-ftuħ se tkun imżewqa b’daqq minn diversi artisti lokali fosthom Tribali, Christabelle, Brooke, Ozzy Lino u William Mangion.
F’messaġġ li kiteb dalgħodu Bjorn esprima l-eċitament li għandu hekk kif dan il-jum tant mistenni fl-aħħar wasal.