Illejla tibda l-kompetizzjoni tant mistennija tal-logħba tal-ballun, il-Euro 2020, b’partita bejn l-Italja u t-Turkija fi stadio Olimpico, f’Ruma.
Il-kompetizzjoni, li ttardjat b’sena minħabba l-pandemija se tibqa’ għaddejja sal-ħdax ta’ Lulju, fi ħdax-il belt differenti.
Il-finali nhar il-Ħadd, ħdax ta’ Lulju, se tintlagħab fil-grawnd ta’ Wembley f’Londra.
Il-logħob se jintlagħbu fil-preżenza tal-partitarji; bl-ikbar folla mistennija tinġabar fil-grawnd ta’ Budapest, fl-Ungerija.
Kwotati ferm din is-sena hemm Franza, l-Italja u l-Ingilterra mhux meqjusa tiddiżappunta.
Iċ-ċampjins Ewropej renjanti, il-Portugall ukoll mistennija jagħmlu ħoss f’din il-kompetizzjoni.
Iċ-ċampjins tad-dinja tal-2014, il-Ġermanja, mhumiex daqstant favoriti li din is-sena jgħollu t-tazza.