Illejla, il-grupp Malti The Busker se jirrappreżenta lil pajjiżna fl-ewwel semifinali tas-67 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest, f’Liverpool.
F’Liverpool Arena, il-grupp Malti se jippreżenta l-kanzunetta ‘Dance (Our Own Party)’ u se jmissu jkanta fit-tieni post f’din is-semifinali.
Fis-semifinali ma’ Malta hemm 14-il pajjiż ieħor. Minn dawn il-15-il pajjiż iridu jgħaddu għaxra għall-finali ta’ nhar is-Sibt li ġej.
Intant, f’messaġġ fil-paġna tiegħu tal-Facebook, il-Prim MInistru Robert Abela feraħ lil The Busker għal-lejla.