Transport Malta ser tagħmel xogħol ta’ manutenzjoni fi Triq il-Belt Valletta Ħ’Attard, direzzjoni lejn il-Belt, illejla bejn it-8.00 ta’ filgħaxija u l-5.00 ta’ filgħodu.
Waqt ix-xogħol, it-traffiku nkluż it-trasport pubbliku, ser jgħaddi minn Triq in-Nutar Zarb għal Triq Karm Debono għal Triq Birkirkara u joħroġ fi Vjal de Paule.
Sewwieqa huma mħeġġa jgħaddu minn toroq alternattivi u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċċjali fuq il-post.