Stennija kbira għal-logħba tal-lejla bejn Malta u l-Gżejjer Faroe fl-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali, liema logħba mistennija tintlagħab fid-20:45.
Rebħa wkoll minima ta’ 1-0 għal Malta wkoll tkun tfisser li għall-ewwel darba fl-istorja, pajjiżna jirbaħ il-grupp ta’ kompetizzjoni kompetittiva bħal ma hi n-Nations League.
Dan l-iżvilupp ikun ifisser ukoll li Malta tilgħab fil-play-offs biex titla’ tarġa u tibda tikkompetti fi Grupp Ċ fil-UEFA Nations League.
Il-kowċ tat-tim nazzjonali Devis Mangia jinsab fiduċjuż li tista’ tinkiteb l-istorja u appella għall-konċentrazzjoni tal-plejers li għandhom sfida delikata kontra tim li għelibna f’daru fl-aħħar ftit minuti.
Malta issa ilha ma titlef logħba għal sitt logħbiet konsekuttivi.
ONE News jawgura lit-tim Malti biex ikompli għaddej bi prestazzjonijiet mill-aqwa u filwaqt li joffri spettaklu bil-logħob, jikseb ukoll riżultat tajjeb.
FORZA MALTA.